Kont qed nikteb fuqek il-bieraħ fil-għaxija, imma sa minn meta sirna nafuk ħdax-il sen'ilu, naf li kont dejjem riservat u kieku ma tantx kont tkun kuntent li jinkiteb xi ħaġa dwarek.
Allura se niftakar biss fil-memorji sbieħ li għandi tiegħek u fl-indipendenza li kont tgħix, għalkemm kont maħbub mill-ftit li sirt taf f'dil-gżira fejn ġejt tgħix għal kollox. Kont baħri prim li kien jaf x'għandu jagħmel fil-maltemp u fuq kollox, raġel mill-aktar twajjeb li ma kienx jaf b'ħażen u qatt ma naqas minn rispett liema bħalu lejn ta' madwaru. Tali rispett li forsi aħna li m'aħniex maqtugħin minn kulħadd, lanqas qatt noħolmu li nħossu ġenwinament lejn ħaddieħor.
Is-sfura fuq ġildtek fl-aħħar ftit mumenti qabel ingħalaq it-tebut u l-espressjoni sinċiera fuq wiċċek li ġarrejt miegħek sa l-aħħar nifs, dawk se jibqgħu f'moħħi.
U mxejt 'il barra bil-mod kif intemm kollox, nhewden fuq min imissu.
"Saħħa!", kif kont tgħid int b'dak l-aċċent oħxon Londiniż.
Tuesday, February 21, 2006
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
1 comment:
RIP =|
Post a Comment