Reġa' xegħel id-dawl fl-appartament fejn kont ngħammar.
L-avukat iss'għadu kif telaq bil-formoli li nbidel sid id-dar. Tfal ma kellniex. M'għandux ikun hemm problemi. Naħseb insomma. Uwijja, imbagħad naraw. Id-dinja raddiena, illum minn fuq int, għada... ġurnata bħall-oħrajn.
***
Is-sekondi-kuġini iltaqgħu fuq l-eteru. Hi minn Malta. L-oħra mill-Ingilterra. Wara tant snin, ikkomunikaw b'mezz ġdid. Hi tgħix waħedha l-Ingilterra għax ir-raġel ma tafx fejnhu. L-oħra qegħda hawn. Iltaqgħu u ħerqanin bħan-namrati għall-ewwel ħarġa b'dik il-ħeġġa li mbagħad tmut, forsi. Imma dawn ilhom jafu 'l xulxin.
***
- Ironika l-ħajja...
- Uuu, il-"ħajja" man, ma stajtx titkellem fuq suġġett bla sens iktar minn hekk
- Mhux li tibża' wisq għaliha int, imma mhux se nindaħallek
- Jien għalhekk nieħu gost nitkellem miegħek man ta' kultant, għax int biss tifhimni jew imqar tipprova tismagħni. Ma' l-oħrajn li ma jħawdux, qisni qed nitkellem lingwa differenti.
- Eh, hehe
- Ara kemm kienu jgħidulna affarijiet tas-Sedqa u l-imbarazz, l-eroina biss iġġagħlek tinsa. Mhux tinsa, imma tkun 100% ma jimpurtakx qisu. Bil-pills iktar taqa' down.
- Each to his own....
- King int! Isma', ħa nħallik ta'
- Mur, moħħok hemm u ħu 'qqalla ħsieb, nofs ras, f'ġieħ il-madonna.
- :)
***
- Maaaa, ħu ħabibti... ta' 7 snin għadhom kif sefruħ. Għandu brain tumor.
- Baby, è un mondo super.
***
- Madonna, illum iltqajt ma' ħabibti kienet skola miegħi u tgħidx kemm qegħda tħawwad. Umbagħad qaltli l-istorja ta' ħajjitha u qbadt nibki. Missierha monstru.
Tah attakk tal-qalb u 'qas biss marret tgħinu.
***
Tal-mutur kien għaddej, b'xagħru jtir mar-riħ. Jidħak, ja poxt. Minjaf fejn kien sejjer?
***
Iftaħ dak l-ostra bieb. Hemm għalfejn xi ġimgħ'oħra nistenniek fuq il-bankina? Ma nafx x'jisimha d-dar u x'inhu l-indirizz, imma naf li din hi d-dar. Iftaħ!
Hawn ħafna kesħa llejla. U jien m'għandix xemgħat x'nixgħel illejla. Illejla. Illum.
Iftaħ! Hemm għalfejn noqgħod inċempillek il-qanpiena? Jew fid-dlam m'intix tarani?
Stenn'. Dak, dak dawl jew, x'inhu? Nispera li mhux nara d-dawl għax m'għandix aptit noqgħod nimxi sa l-istage ta' tal-linja għax waqa' l-lejl. U l-bard, ħafna bard.
***
- Ara min qala l-baħar! X'minnek?
- Orrajt, orrajt jien. Isma' ħa naħrab għax għandi appuntament daqt l-uffiċċju.
- Kompli, kompli.
***
Ġimagħtejn ilu ħabtu x-Xemxija. Inteħen ix-xufier u passiġġiera miegħu x'is-siegħa ta' fil-għodu. Il-ġenb tal-bus shelter ġie massa frak tal-ħġieġ, u dakinhar stess malli sebaħ, il-familjari ħadu l-fjuri ma' l-arblu li ntemmu fih.
Il-bieraħ ħarist lejn il-bus shelter. Il-ġenb irranġawhulu u m'għadux mitħun. L-arblu reġgħu poġġewh. U fadal dawk iz-zewġ bukketti tal-fjuri, sakemm ma ġabux xi tnejn ġodda.
Jaħsbu li xi ħadd jimpurtaħ min-niket tagħhom? Igawduh huma jekk iridu n-niket. Mhux kulħadd għandu tiegħu? X'jitnejjek kulħadd min-niket u l-bukketti tagħhom?
Iġri jneħħuhom 'l hemm. M'għandniex x'nambuhom is-sinjali ta' niket fil-pubbliku. Għandi pjaċir jekk għandhom in-niket, imma talanqas iżommuh għalihom.
Mhux kulħadd għandu tiegħu?
2 comments:
ghadha kesha?
Le =P
Post a Comment