Monday, May 22, 2006

Serbut

Dak li ġara f'dawn l-aħħar ftit staġuni għallimni u wrieni li naħseb kien kmieni wisq.

Tgħid se jirnexxieli nħalli n-nemel bieżel w għammiel ikompli jħaffef waħdu fl-ossessjoni frenetika tiegħu biex jilħaq iġorr il-frak kollu sax-xitwa ta' tliet snin oħra? Tgħid aħjar inwarrab fil-ġenb għalissa, u nfittex il-frak darb'oħra, meta nkun iddeċidejt li rrid nħabbat wiċċi max-xitwa u nagħraf jien il-valur tal-ġbir tal-frak?

Minjaf. Ħadd ma jaf, ħlief jien.

Imma l-istess jien jiġi jaqa' u jqum mill-frak għalissa. Kont kapaċi nġorr dak li fadal minn qoxra ta' larinġa fuq il-ħafna saqajn tiegħi aktar kmieni, naħseb, imma bħalissa m'għandix ġuħ u ftit nara l-punt ta' dawn il-ħafna vjaġġi qosra bil-piż ta' l-ikel fuq rasi. U qatt ma fhimt l-għaġġla tan-nemel l-oħra, 'qas li kieku. Jekk kuntenti jgħaġġlu huma, ħadd mhu se jmerihom. Dawk jaraw biss l-iktar frak tal-ħobż, biċċiet taċ-ċikkulata u ċapep taz-zokkor li se jitħanżru fihom fis-sajf ta' wara dik ix-xitwa ta' tliet snin oħra. Ħnieżer.

And then one day you find ten years have got behind you,
No one told you when to run
You missed the starting gun

3 comments:

Anonymous said...

Ftakar li m'initex l-uniku. Jien l-istess sirt qisni nemla ghazziena, nhalli hafna ghal-ahhar biex nigbor l-ikel beix nghix tul ix xhur tax-Xitwa. In-nemel l-ohra kollha jkunu hasbu u jaqilghu il proset minghand ir-regina taghna. Jien imma naqlaha dejjem. In-nemlu tal guidance tan-nemel xeba jghidli biex nbiddel ir-rutina tieghi halli nghin lil ohrajn fir-renju imma heq min jitwieled tond ma jmutx kwadru.

Kenneth said...

U n-nemlu l-kbir jgħidilkom li ma fhimtux x'ridt ingħid għax il-prokrastinazzjoni m'għandha x'taqsam xejn mal-biċċa...

Roderick Mallia said...

Min jimla ħofortu b'kemm isib ikel, fl-aħħar mill-aħħar ser jinduna li hekk kif ikun qed jiġbed l-aħħar biċċa ħobż ġewwa daru, jkun sakkar lilu nnifsu ġewwa. U f'ħofra msakkra kulħadd jaqta' nifsu.