What's the Use of a Title?
Charles Bukowski
Mhuwiex jirnexxielhom
is-sbieħ dejjem jinqerdu qalb il-fjammi:
pirmli, velenu tal-ġrieden, ħbula,
kwalunkwe ħaġa....
iċarrtu l-polz,
ituha għal isfel minn xi tieqa,
jaqilgħu għajnejhom ‘il barra,
ma jridux jafu b’imħabba
ma jridux jafu b’mibegħda
ma jridux jafu.
mhuwiex jirnexxielhom
is-sbieħ mhux jistaportu,
huma l-friefet
il-ħamiem
l-għasafar tal-bejt,
li mhux jirnexxielhom.
fjamma waħda twila
filwaqt li x-xjuħ jilagħbu l-boċċi l-pjazza
fjamma waħda, fjamma ġmielha
filwaqt li x-xjuħ jilagħbu l-boċċi l-pjazza
fix-xemx.
is-sbieħ issibhom f'kantuniera ta’ xi kamra
imħabbla qalb brimb u siringi, fis-skiet,
u m’aħna se nifhmu qatt għalfejn telqu,
kienu tant u tant
sbieħ.
mhuwiex jirnexxielhom,
is-sbieħ dejjem imutu żgħar
u jħallu 'l-koroh għall-ħajja kerha tagħhom.
ferħana w fuq tagħhom: ħajja w suiċidju u mewt
waqt li x-xjuħ mitlufa jilagħbu l-boċċi fix-xemx
fil-pjazza.
Sunday, November 12, 2006
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
2 comments:
Hvala!
Volim te :)
CTRL + Z, for a fitter, happier life.
Staj.
Post a Comment